Thursday 15 August 2013

Żarbun Ileqq

Iż-żarbun l-antik tqattagħli
Għax kont ninżgħu ħażin
Kelli immur nixtri wieħed
U tiegħi ħadu l-kuġin

Għalkemm selaħli l-għarqub
U ma kull pass qiegħed joħroġli id-demm
Jekk ma nilbsux żgur li jkun dnub
Għaliex għoġobni, wisq sabiħ w’għadek ma tafx kemm

Jiddi u jleqq, iva żarbun ileqq
Meta nimxi f’nofs it-triq
Nagħmel impatt, kulhadd iċċassat
Dija ħierġa minn kull sieq

Daż-żarbun ileqq
Inħossni king, baby

B’daż-żarbun vera speċjali
U innaddfu kuljum b’l-isteam
Ħadd ma għandu wieħed bħali
W’vera għollieli s-self esteem

Issaqsinix minn fejn mort xtrajtu
Għaliex wegħduni li out of stock
Kif kont fil-ħanut iċċumbajtu
U għadni sal-lum taħt l-effett tax-xokk 

Jiddi u jleqq, iva żarbun ileqq
Meta nimxi f’nofs it-triq
Nagħmel impatt, kulhadd iċċassat
Dija ħierġa minn kull sieq

Daż-żarbun ileqq
Inħossni king, baby

20 January 2010 at 23:02

No comments:

Post a Comment