Thursday 15 August 2013

Tal-Ħdax

Il-qilla tax-xemx 
Issajjar id-dgħajsa tal-Erwieħ
U ġġiegħel lin-naqra ta' abbati
Jiffantasizza fuq il-mewġ u l-baħar u x-xemx u r-ramel
U kultant ħin jiftakar
Li din hi l-quddies tal-ħdax
U Fr.Peter m'għandux għaġla.

Ħallih jispjega lill-kotra
Njuranta, għajjiena, rieqda
Ma tistax tifhem u temmen
Li Alla hu tabilħaqq nebbiexi
U Kristu donnu buffu tal-kummiedja

Ħalli għajnejha tingħafas bin-ngħas
U bil-kliem tqil u fit-tul
Li tant iħobb juża l-Qassis
Ħalli l'Abbati jilgħab b'subgħajh 
U jixxennaq għal-ostji fil-landa taċ-ċikkulatini
U ħalli l'Father Peter
Jidħak biċ-ċajt
Li jistgħu jifhmu biss
Hu u l-Mulej 


16 March 2012 at 18:22

No comments:

Post a Comment