Thursday 15 August 2013

Fuq il-Għatba

Il-weraq mejjet ċaqċaq taħt l-għarqub iebes taż-żarbun
Eku taċ-ċavetta ddur biex tiftaħ il-bieb
F’dar vojta, dar tidwi
U ħaffef il-ġewwa
U sakkar warajh
Biex ir-reżħa ma ċċaħdux
Mill-ftit kenn
Li offrietlu l-franka
Għera minn kull diċenza

Għalxejn fittex il-kenn komdu
Tas-sħana ta’ koxxtejha 
U r-riħ ħasad, ġibed il-fdal tal-weraq
li xi darba wkoll ħassew l-ilma sħun
Għaddej sparat minn ġo fihom
Għal ġol-abbiss tal-lejl

11 November 2012 at 23:11

No comments:

Post a Comment