Thursday 15 August 2013

Mitluf

Mitluf ngħum fil-fond
Ir-riħ iċaqlaq l-ilma skur
Jgħollih sulari kbar madwari
U jien nistenna li nilmaħ xi dawl
Nistenna li nsib l-art

Id-dlam iebes jgħattini u kollox madwari
Il-beraq imbiegħed jiżid ikessaħni
Qalbi trid tispara minn ġo fija
U l-biża qed jiblagħni

5 November 2012 at 11:07

No comments:

Post a Comment