Thursday 15 August 2013

Nistrieħ

Fl-inċertezzi u l'biżgħat tiegħi
Fl-uġiegħ u d-dmugħ
Fir-rabja u d-dubju
Fil-kesħa w' il-ħmieġ
Fid-dnub u l-mibgħeda

U meta l-art iċċedi taħt saqajja
U kull ma bnejt jiġġarraf madwari

Meta ħabib jiċħadni
U nitriegħed ma' kull nifs
Naħseb fik
U imbissem nistrieħ, trankwill

9 March 2011 at 20:37

No comments:

Post a Comment