Thursday 15 August 2013

Pitirross

Kont sibt dal-pitirross sabiħ w’għamilt ħbieb miegħu
Erfajtu w’ħadtu miegħi lura d-dar
U għalkemm tagħni x’nifhem li jħobbni
Jiena ċert illi mingħiri jkampa aħjar
Għaliex bħal dejjem mort dalgħodu nfittxu
Ħallieli biss memorji ta’ jiem aħjar

Bla ma qal għalfejn 
Sparixxa darba għal dejjem
Għax qatt m’għalaqt il-bieb
Kont naħseb li għal dejjem konna se nkunu ħbieb
Ħallieni f’nofs ta’ gimgħa
Warajh ma ħalla xejn
Ħlief gaġġa ta' memorji
Bla ma qal ghalfejn

Missni kont naf li pitirross ma jsaddadx ġewwa
Missni ndunajt li kont qed nippretendi wisq
Biss f’episodji sbieħ, wisq iktar rari
Ma tkunx trid tahseb imma tgawdi l-għandek biss
U għalkemm m’inix ċert il’ fejn hu sejjer
Naqta jiesi lura qatt m’hu ġej

Bla ma qal għalfejn 
Sparixxa darba għal dejjem
Għax qatt m’għalaqt il-bieb
Kont naħseb li għal dejjem konna se nkunu ħbieb
Ħallieni f’nofs ta’ gimgħa
Warajh ma ħalla xejn
Ħlief gaġġa ta' memorji
Bla ma qal ghalfejn

U qatt m'hu ħa nkun naf għalfejn

18 January 2010 at 21:11

No comments:

Post a Comment