Thursday 15 August 2013

Nida

Nida
Għandi it-tieqa kollha nida
Tibbilanċja qtar ix-xita
U hawn żiffa friska llum
Allura kmieni se nqum
U min ħolm l-irqad se nsum
Ma rridx nitlef nofs minuta għaliex ili wisq ma nara

Nida
Sens ġdid tal-ħajja ttini n-nida
U ma nafx għalfejn għandi nibża
Xmara tofroq xott it-trab
W’ l-ilma kollu ġej mis-sħab
W’ la hemm vit u l-anqas tapp

Ma rridx nitlef nofs sekonda u ħriġt għal ġol-gallarija
Ġejja ix-xita tmellisli għajnejja
U kemm tiflaħ tkun kbir o Mulejja

Xita taħsel mewt it-trab
Iċ-ċpar imkien ma jinstab
U bħal qalbi l-art tirtab
Sieqi iebsa 'fset ħanfusa w’qed tiċċallas ma kull pass

Nida

9 October 2009 at 13:14

No comments:

Post a Comment