Thursday 15 August 2013

Xewqat Sbieh

Ħafna nies ma jifhmux 
Pero kulħadd espert
Xewqat sbieħ ma jidhrux
U għalhekk xejn m'hu ċert

Jekk kulħadd qiegħed fiż-żball, 
Kulħadd għandu raġun
Insalvaw jew negħrqu
F’ilma mdardar jew leqqien
Illejla niftakar 
Fil-kliem l’għedna int u jien

Zgħir dettall, kont fiż-żball
U issa naf għaliex
L-injurant pappagall
Għax baqa ma staqsiex

U jekk nikber, jekk nixjieħ
Tgħid kif se nhossni mbagħad
Ma nafx nifhimx ir-raguni
W’ma bqajniex flimkien
Illejla qed nahseb
Fil-kliem l’għedna int u jien

Fil-ħajja xejn m’hu żgur
Xejn m’huwa garantit
Għext passat, hemm futur
Li nghix illum irrid


Ghandi tama għalkemm zgħira,
Għada jkun jum ġdid
U nerġa nsib saħħti jekk illum stenbaħt għajjien
W’ninsa darba għal dejjem
Il-kliem l’għedna int u jien


25 December 2009 at 21:06

No comments:

Post a Comment