Thursday 15 August 2013

Warajk

Il-fann iħammem waħdu fil-kantuniera
Id-darsa li għadha ttektek fil-ħanek
U l-imħadda mgħaffġa taht dahri
Jfakkruni li missni ili li għalaqt għajnejja
U rqadt u striħajt

Imma ftakart fik u f’kull ma tfisser għalija
U ddeċidejt li nippreferini hekk milli rieqed
M’hemmx kliem biex infisser...

U illum nifhem għalfejn id-dinja ttimbratni bħala miġnun
Minħabba l’mod arroganti li bih ħallejtha ddur fil-vojt
Biex imxejt warajk u warajk biss

Iva, illum nifhem għalfejn nidher stramb
Għal min qatt ma kien imbierek b’imħabba
Bħal ma konna aħna
U bi tbissima nagħder, nitħassar
Lil min ma setax jifhimni
U baqa jdur mad-dinja, fil-vojt
Bla ma qatt wasal imkien

Waqt li jien u int
Waħedna
Sibna triqtna
Flimkien

12 August 2011 at 01:52

No comments:

Post a Comment