Thursday 15 August 2013

Barbone

Għaddej fid-dlam - dejjem huwa u l-kelb li rabba
Siekta mexjin, bil-ġakketta kollha tajn
Qrib hemm xi tfal qed jilgħabu b’ballun tal-lakstu
Minn taħt jagħtihom daqqa t’għajn

It-tfal jintebħu bih, jibdew jinġabru
U issa għal snin twal ilhom jafuh
Għalkemm m’għandhomx mibgħeda lejh, tiskanta
Kif jehdew bil-qalb jghiruh

U jghiruh barbone, m’għandux dar
U m’għandux ħbieb ghir il-kelb mgħaddam
Forsi jgħix s’għada 
U jgħiruh barbone, m’għandux dar

Mhux se taraħ jistħi jew jiħmar
Għaliex ma jafx ikun imkabbar
Jgħix u jistabar
U jgħiruh barbone, m’għandux dar

Kieku xi ħadd jasal joffri imqar tuffieħa
Jew biċċa ħobż, jibqa jafulhu sal-mewt
Jidħak għax jaf li għalkemm hi xewqa sabiħa
In-nies jippreferu li jinsewh

Tgħid jarawh biss karattru fost il-ħafna
Li jżewqu l-ħajja mingħir wisq impenn?
Jgħidu li dak imdorri minghir mara
Mingħir flus u mingħir kenn

U jgħiruh barbone, m’għandux dar
U m’għandux ħbieb ghir il-kelb mgħaddam
Forsi jgħix s’għada 
U jgħiruh barbone, m’għandux dar

Ma tisimgħux jitlob jew irid
Għax tghallem jgħix b'dak li jintrema
Jgħix taht is-sema
U jgħiruh barbone, m’għandux dar

Nispera biss ma jiġix quddiem il-bieb tiegħi
Ma jmurx ikun marid jew aggressiv
Hu x’inhu barbone


9 October 2009 at 13:30

No comments:

Post a Comment