Thursday 15 August 2013

Konna ħbieb

Rajtek miexja w' m'għaraftekx
Tbissimtli w’ma kellimtekx
Peress l’għaddew ħafna snin
Moħħi ħfiefli mhux ħażin
U insejt kemm darba konna ħbieb

Waqqaftni, għajjatli Mike
La naf wiċċek, qas saqajk
Imma int malajr semmejt
L-istejjer li jien kont insejt
Għax ftakart li darba konna ħbieb

Ftaħt għajnejja u ftakart
Kemm konna nkiddu l-miss ta’ l-art
Ikkonfiskatli l-ħobż bil-ġamm
Għax indunat bil-chewing gum
Kemm kont ħadt għalija dakinar

Dak iż-żmien kemm kien sabiħ
U ma nafx kif qatt stajt ninsih
Xagħri kont nimlih bil-gel
Inwerżqu kif iddoqq il-bell
W’illum ngħidu dak kien l-isbaħ żmien
Gawdejnih u batejnih flimkien

Kienet dinja differenti
Qisu kollox kien sabiħ
Għax meta tkun innoċenti
X’jimporta jekk żlaqt fin-niexef
Jekk fadallek biex tixjieħ

Tgħannaqna w’baqna sejrin
Biex naraw x’joffri id-destin
Ma nafx qattx nerġa narak
Biss kun af din, sirt naprezzak
Fakkartni kemm darba konna ħbieb
Jiena w’inti darba konna ħbieb
F’ħajja ohra vera konna ħbieb


8 June 2010 at 18:17

No comments:

Post a Comment