Thursday 15 August 2013

Oħlom Sabiħ (mużika - Mikiel)

Issa li x-xemx niżlet u nħbiet u qed jaqa il-ksieħ
Il-grillu waħdu qed jikser is-skiet fi djalogu mar-riħ
Ipprova orqod u mur f’dak il-post fejn int dejjem rebbieħ
Għalaq għajnejk, jien qiegħed hawn ħdejk
Striħ u oħlom sabiħ

Ħallih iċekċek u jħabbat il-bieb, tibża m’għandekx minn xiex
Mur passiġġata fejn jimraħ il-ħsieb, imsaħħan hawn fil-friex
U ada kif tqum fir-rigal tal-jum, kull jum li ngħixu fiH,
Tiftaħ għajnejk u ssibni hawn ħdejk,
Striħ u oħlom sabiħ

No comments:

Post a Comment